“Il-PM M’Għandux Isemmi Xhur u Jagħti Aspettattivi Meta Qas Il-WHO M’Hi Tagħmel Hekk” – Bernard Grech

 “Il-PM M’Għandux Isemmi Xhur u Jagħti Aspettattivi Meta Qas Il-WHO M’Hi Tagħmel Hekk” – Bernard Grech

Waqt attiività politika fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, Dr Bernard Grech qal li bla dubju l-akbar kwistjoni fuq moħħ in-nies bħalissa hija l-Covid-19. Huwa qal li minkejja li issa kulħadd qiegħed iħares il-quddiem b’tama għall-futur, madanakollu irridu nibqgħu viġilanti bħala poplu u bħala individwi sabiex inkomplu neredikaw din il-pandemija flimkien.

Intant, huwa qal li jrid jappella lill-Prim Ministru sabiex ma “jirrepetix l-iżball tas-sajf li għadda meta ta l-impressjoni li kollox kien għadda”.

“Ejja nkomplu nkunu responsabbli u lin-nies ngħidulhom il-verità. Toqgħodx isemmi xhur u tagħti aspettattivi meta inti taf li il-World Health Organisation mhiex qed tagħi dati u qed tkun kawta”, qal Il-Kap tal-Oppożizzjoni.

Dr Grech saħaq li l-Prim Ministru għandu jiddikjara mill-aktar fis l-istrateġija ta kif se tkun qed tiġi mqassma il-vaċċin tal-Covid-19, sabiex tilħaq lil kulħadd mill-aktar fis possibbli.

F’kumment ieħor waqt id-diskors tiegħu, il-Kap tal-Opożizzjoni qal li hemm infermiera li qed jispiċċaw jitilgħu l-qorti sabiex jiħallsu l-valur tax-xogħol li wettqu. Huwa saħaq li hija inġustizzja li ħaddieħor li għamel l-istess xogħol bħal dawn l-infermiera tħallas aktar, u appella biex inkunu aktar sensittivi lejn id-drittijiet ta’ dawn il-ħaddiema li qed jagħmlu tant sagrifiċċji matul il-pandemija.

[contact-form][contact-field label=”Name” type=”name” required=”true” /][contact-field label=”Email” type=”email” required=”true” /][contact-field label=”Website” type=”url” /][contact-field label=”Message” type=”textarea” /][/contact-form]

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com