Il-PM U D-DPM Jirringrazzjaw Lill-Ħaddiema Li Jaħdmu Wara L-Kwinti Fl-Isptar

 Il-PM U D-DPM Jirringrazzjaw Lill-Ħaddiema Li Jaħdmu Wara L-Kwinti Fl-Isptar

Illum il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żaru dipartiment importanti fl-Isptar Mater Dei li kważi kważi anqas naħsbu fih; dak tal-Inġinerija.

Bla dubju, dan huwa meħtieġ biex l-Isptar jimxi sew fil-ħidma tiegħu u jinsab taħt is-swali u l-kurituri ta’ Mater Dei.

Hawnhekk jinsabu l-istazzjon tal-elettriku, ġeneraturi f’każ ta’ emerġenza, boilers apposta u apparat importanti ieħor. Huwa minn hawn li jkun iġġenerat l-ilma u l-elettriku fl-isptar. Iltaqgħu wkoll mat-tim tat-tifi tan-nar fl-isptar ukoll u anke t-taqsima tal-immaniġġjar tal-iskart.

Il-Prim Ministru rringrazzja lill-ħaddiema kollha anke f’dan il-mument tal-pandemija tal-covid-19 li baqgħu jaħdmu bla waqfien u b’dedikazzjoni kbira biex kull servizz ikun mogħti fl-aqwa tiegħu. Dan huwa xogħol li forsi ma jidhirx imma utli mmens.

Ritratt: DOI

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com