Il-Presepju Li Ntrama Fi Pjazza San Pietru F’Ruma Jintrama Fil-Ħamrun
Il-presepju Tradizzjonali Matli din is-sena ntrama fi Pjazza San Pawl il-Ħamrun, lokal li għandu rabta kbira maż-żmien tal-Milied. Il-presepju tradizzjonali Malti fi snin li għaddew kien għall-wiri fi Pjazza Tritoni kif ukoll barra min Malta, fi Pjazza San Pietru l-Vatikan, fil-Pjazza tal-Maxtura f’Betlehem u fil-villaġġ tal-Milied fil-kampus tal-Università tal-Kapitali Awstrijaka. Dan il-presepju kompla jikber u jsir aktar wiehed artistiku mas-snin li għaddew xogħol mill-artist Għawdxi Manwel Grech.
Dan il-presepju juri l-grotta tradizzjonali kif ukoll il-Qaddis Malti San Ġorġ Preca flimkien mat-tfal waqt purċissjoni tat-tfal li bdiet propju fil-Ħamrun. Il-Milied u l-Ħamrun huma marbuta fejn bdiet l-ewwel purċissjoni bil-Bambin fit-toroq, beda l-Mużew minn San Ġorġ Preca kif ukoll beda jitqassam presepju żgħir lit-tfal kollha li jattendu l-Mużew.
Is-Sindku tal-Ħamrun Christian Sammut ħeġġeġ lil kulħadd biex iżur dan il-presepju u japprezza t-talent Malti fejn f’isem il-Kunsill, irringrazzja wkoll lid-direttorat tal-Kultura kif ukoll lill-Ministru Josè Herrera.