Il-Vaċċin Ser Jibda Jitqassam Mill-Ġimgħa D-Dieħla…

L-Ingilterra se tkun l-ewwel pajjiż li approva il-vaċċin tal-Pfizer/BioNTech għall-użu.
Ir-regolatur tas-saħħa fl-Ingilterra tenna li dan se jkun għall-użu, mill-ġimgħa d-dieħla.
Jidher li minn studji kbar li saru, dan il-vaċċin huwa 95% effettiv u jaħdem fuq kull persuna t’etajiet differenti.
Il-Gvern assigura 40 miljun doża tal-vaċċin u ntqal li l-pazjenti ser ikollhom bżonn 2 dożi.