Il-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 Jittieħed 70% Aktar Minn Ta’ Qablu

 Il-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 Jittieħed 70% Aktar Minn Ta’ Qablu

Jidher li r-Renju Unit qed jibda’ jitlef il-kontroll fuq l-imxija tal-varjant il-ġdid tal-Covid-19. Rappreżentanti tal-World Health Organisation qegħdin f’kuntatt kontinwu mal-awtoritajiet Ingliżi dwar dan, sabiex flimkien jaġixxu bl-aħjar mod.

Minkejja li jidher li dan il-varjat jittieħed aktar minn ta’ qalbu, m’hemmx indikazzjonijiet li huwa aktar aggressiv jew aktar fatali.

B’reazzjoni għal dan, diversi pajjiżi qed jimplimentaw restrizzjonijiet aktar ħarxa għal żmien il-Milied u l-ewwel tas-sena. Illum l-Olanda ħabbret li se twaqqaf titjiriet li jaslu mir-Renju Unit fid-dawl ta’ dan il-varjant ġdid, filwaqt li lbieraħ fl-Italja tħabbar lockdown nazzjonali li se jidħol fis-seħħ mill-24 ta’ Diċembru.

Ritratt: David Cliff/Nurphoto

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com