Illum Jasal Il-Vaċċin Kontra L-Covid-19 F’Malta

Propju llum 26 ta’ Diċembru 2020, ser jasal f’pajjiżna l-Vaċċin kontra l-Covid-19. Dan kien tħabbar mill-Awtoritajiet tas-saħħa kif ukoll mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.
Huwa mument li ilna nistennew u li qed joffri tama ġdida biex nerġgħu nirriotrnaw lura għall-ħajja aktar trankwilla mingħajr stress ta’ restrizzjonijiet.
Madanakollu, dan irid iż-żmien biex jittieħed mill-poplu kollu. Nawguraw l-aqwa saħħa lill-poplu kollu. Sadanittant, infakkrukom biex fil-jiem tal-festi, nibqgħu nosservaw ir-regoli b’rabta mal-pandemija.