Issir Ir-Regatta Tal-Milied

 Issir Ir-Regatta Tal-Milied

Għal dawn l-aħħar 20 sena, il-weekend ta ’qabel il-Milied, kien iddedikat lejn il-Euromed International Regatta, avvenimet li kienet tilqa flotta ta’ baħrin internazzjonali f’Malta. Għall-2020, dawn il-pjanijiet kellhom jiġu kkanċellati minħabba il-pandemija tal-Covid-19.

Il-baħħara barranin, li s-soltu jiġu f’Malta għal ftit jiem t’ibburdjar kompetittiv kellhom jitilfu l-avveniment ta’ din is-sena. Madankollu, il-Malta Young Sailors Club, iddeċieda li jospita l-Mapfre Middlesea Yachting Malta Christmas Regatta għall-atleti bbażati lokalment fil-Bajja tal-Mellieħa.

Il-pjanijiet inizjali tal-Malta Young Sailors Club kienu li jorganizzaw regatta mifruxa fuq tlett ijiem li bdiet nhar il-Ġimgħa. L-Iskejjel u l-Klabbs tal-Ibburdjar lokali kollha kienu rappreżentati fuq l-ilma u kkompetew fil-Klassijiet Optimist, Laser u RS Feva.

Il-kundizzjonijiet tat-temp għall-Ġimgħa u s-Sibt kienu relattivament simili, u bdew b’riħ moderat li żviluppa għal madwar 15-il-mil nawtiku fis-siegħa il-Ġimgħa. Is-Sibt il-kundizzjonijiet kienu iktar ta’ sfida, b’riħ aktar qawwi li laħaq madwar 17-il mil nawtiku fi-siegħa. Il-Ħadd filgħodu beda b’riħ ħafif iżda mċaqlaq li kawzaw ittardjar ta’ madwar siegħa. X’ħin kien possibili li tibda t-tellieqa, bdiet maltempata bir-ragħad. B’dan it-temp u risku ta’ maltempata bis-sajjetti, l-Uffiċjal Prinċipali tat-Tellieqa Peter Dimech ħa d-deċiżjoni li jabbanduna t-tellieqa. Kienet deċiżjoni f’waqta minħabba l-maltemp li laqat il-bajja ftit wara li d-dgħajjes waslu fuq l-art.

Il-flotta kienet magħmula mill-klassi Optimist – Novice, Cadet u Senior, Klassi Laser – 4.7, Laser u Standard il-Klassi RS Feva XL.

Jack Gabriele tal-MYSC rebaħ il-Klassi tan-Novice wara li kiseb erba’ rebħiet u spiċċa darbtejn fit-tieni post. Fit-tieni u t-tielet post spiċċaw Matthew Camilleri u Katrina Micallef, it-tnejn ta’ RMYC.

Fil-Klassi Optimist Senior, kien podju tal-Malta Young Sailors Club kollu b’Nico Drescher, Eric Fenech Pace u Ben Vassallo jieħdu l-unuri.

Fil-Klassi Optimist Cadet, Timmy Vassallo u Jonas Micallef it-tnejn mill-MYSC, mexxew il-flotta fl-ewwel ġurnata, b’Zane Attard ta’ BSC jieħu t-tielet post. Intant nhar is-Sibt, Micallef u Vassallo skambjaw postijiet b’Jonas Micallef jirbaħ il-Klassi.

Matthew Flores (BSC) ħareġ rebbieħ tal-Klassi Laser 4.7.

Il-Klassi Laser Radial kienet iddominata mill-kompetituri tal-RMYC – Agija Elerte, Elza Cibule u Dimitris Vertsonsis. L-ewwel żewġ baħrin, bħalissa jinsabu Malta f’kamp ta’ taħriġ waqt li Vertsonsis huwa bbażat lokalment fejn ilu jikkompeti t għal numru ta’ snin. It-trio żamm l-istess post fil-klassifika.

Jekk kien hemm klassi li rreġistrat riżultati konsistenti, kienet il-Klassi Laser Standard. Simili għall-Klassi Radial ma kien hemm l-ebda bidla fil-klassifikazzjoni matul il-jumejn. Roberts Štāls-Buls tal-RMYC kien ir-rebbieħ assolut wara li rebaħ is-sitt tlielaq kollha. Warajh kien hemm Karl Miggiani u Gregory Mifsud.

Il-Klassi RS Feva XL intrebħet mid-duo tal-BSC Daniel u Dasha Attard, li rebħu ħamsa mis-sitt tiġrijiet. Fit-tieni post kien hemm Dale Attard / Andre Fenech (BSC) u fit-tielet post kien hemm Ada Calosso u Faye Portanier ta ’RMYC.

Fit-tmiem tal-avveniment, il-Commodore tal-Malta Young Sailors Club Chris Bajada esprima s-sodisfazzjon tiegħu għar-riżultat tal-avveniment, li għamel tajjeb għad-diżappunt li r-Regatta Internazzjonali tal-Euromed annwali ġiet ikkanċellata.

Ritratt: Yachting Malta / Maria Vella-Galea

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com