It-Temperatura Ser Tinżel Għal 12°C…
It-temp illum imsaħħab bix-xita, li jsir ftit imsaħħab b’waqtiet xemxin. Iktar ħalbiet tax-xita matul il-lejl. Pjuttost mirjieħ u kiesaħ..
Ir-riħ ftit qawwi (F5-6) mill-Punent il-Lbiċ (WSW) li jdur Punent Majjistru (WNW) u jsir qawwi (F6) iżjed tard, u jerġa’ jnaqqas (F5-4) sa tard filgħaxija.
Il-baħar qawwi, b’imbatt baxx mil-Lbiċ.
L-ogħla temperatura llum: 16°C; l-inqas illejla: 12°C.
Tinħass: 17°C | 11°C
Indiċi UV: 2
Ritratt: Angela Bonavia