Iż-Żwieten Lesti Wkoll Għal Dan Il-Milied. Araw Kif!
Kif jgħid il-Malti, kull deni ħudu b’ġid. Hekk kif faqqgħet il-Covid-19, bis-saħħa ta’ din il-pandemija ġirien ta’ żewġ toroq fiż-Żejtun, minn ġirien saru ħbieb. Bdew jiltaqgħu fil-garaxxijiet u, idea ġġib lill-oħra, ħarġu bi pjanijiet ħelwin kif jistgħu isebbħu t-toroq tagħhom u jferrħu lil xulxin.
Ingħaqdu l-ġirien tat-toroq Triq Anġlu Gatt u Triq Xandru Pulis. Bdew minn parties mill-galleriji, u minn bnadar għall-galleriji spiċċaw jagħmlu l-banners. Komplew jorganizzaw fil-festa tar-raħal. Imbagħad anki riċentament fil-Halloween organizzaw attivitajiet għat-tfal bil-miżuri neċċesarji li ġabet magħħa l-pandemija.
Għal dan il-Milied b’differenza ma naqasx milli komplew jingħaqdu u reġgħu ferrħu lill-ġirien tagħhom b’tiżjin mill-isbaħ magħmul kollu minn xogħol volontarju bejniethom.
Ta’ min ma jitlifx li jmur iżur dawn iż-żewġ toroq ħelwin fiż-Żejtun f’dawn iż-żmenijiet.
Milied li żgur se jibqgħu jiftakru. Prosit tassew!
Ritratti: Facebook/Nathaniel Azzopardi
Ritratti: Facebook/Omar Id- Dirbi Micallef