Jallega Li Oliver Scicluna Ħlief Skuzi Ma Jirrispondix U Fatti Xejn U Li Ħoloq Ħajja Komda Għalih.

 Jallega Li Oliver Scicluna Ħlief Skuzi Ma Jirrispondix U Fatti Xejn U Li Ħoloq Ħajja Komda Għalih.

Peter Muscat, fuq facebook tiegħu għamel appell pubbliku lil Oliver Scicluna; il-Kummissarju għall-Persuni b’Diżabbilità fejn beda biex qallu “Nagħmlek tieħu qatgħa kull meta jasal xi avveniment li jkollok tidher u titkellem mal-media biex tirrispondi l-mistoqsijiet li jippreżentawlek quddiemek.”

Kompla jgħid li ħlief skużi u tama ma jirrispondix u fatti xejn. “Naħseb li ġo qalbek tgħid iġri jgħaddi l-mument u l-okkażjoni biex iħalluk bil-kwiet u tkompli għaddej bil-ħajja trankwilla u komda li rnexxielek toħloq għalik innifsek speċjalment bil-pożizzjoni tiegħek fix-xogħol.”

Semma l-kwistjoni tal-Blue Badge Parking f’Mater Dei quddiem l-out patients fejn filli qallu li ma jiddependix minnu waqt li fl-istess ħin, tenna li għandu jkun hu li joħloq pressjoni.

Min-naħa l-oħra, Oliver Scicluna spjega kif il-kwistjoni li semma Muscat, ilhom jaħdmu fuqha u ma tistax tissolva permezz tal-ħidma tal-Kummissjoni biss.

“F’idejkom biex tiġġudikaw dak li nagħmel u għamilt jien. Perfett miniex naf !!!”, temm jgħid Oliver Scicluna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com