“Jaqaw Mara M’Għandhiex Dritt Tkun Professjonali U Sabiħa Fl-Istess Ħin?” – Eve Borg Bonello

 “Jaqaw Mara M’Għandhiex Dritt Tkun Professjonali U Sabiħa Fl-Istess Ħin?” – Eve Borg Bonello

Wara li ftit tal-jiem ilu l-Avukat Martina Caruana inħatret President tar-Riċerka Politika fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, qamet daqsxejn ta’ kontroversja hekk kif persuna saħqet fuq il-midja soċjali li r-ritratt uffiċjali ta’ Caruana fih “doża qawwija ta’ sesswalità”.

Iż-żagħżugħa u President ta’ Team Start PN, Eve Borg Bonello, ħarġet għonqha għal Caruana u nisa oħrajn meta esprimiet li “n-nisa fil-ħajja pubblika qatt ma jistgħu jistrieħu” mill-kummenti sessisti. Hija qalet li n-nisa jiġu kontinwament ġġudikati; “għax ħoxna wisq jew għax irqiqa wisq, għax ħelwa wisq inkella għax kerha wisq, għax kwieta wisq jew għax storbjuża wisq, għax fraġli wisq inkella għax b’saħħitha wisq”.

Filwaqt li esprimiet solidarjetà ma’ Caruana, Borg Bonello qalet li tinsab eżawrita minn kummenti bħal dan u bis-sessiżmu li jeżisti f’pajjiżna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com