Jiġi Fit-Tmiemu l-Kamp Tat-Taħriġ ta’ Badminton Malta

 Jiġi Fit-Tmiemu l-Kamp Tat-Taħriġ ta’ Badminton Malta

Ġie fit-tmiemu Kamp ta’ taħriġ organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Badminton bl-għajnuna ta’ Sportmalta. Dan it-taħrig kien mifrux fuq ġimgħatejn u kien immexxi mill-kowċ Ċek Lukas Kroc. Fiħ setaw jieħdu sehem plejers tal-akkademja tal-Badminton kif ukoll oħrajn li xtaqu jtejbu il-livell tagħhom fl-isport tal-badminton.

Matul dan il-kamp ta’ taħriġ ġew indirizzati l-aspetti tekniċi, tattiċi u fiżikiċi ta’ din id-dixxiplina sportiva. Flimkien mal-plejers tal-akkademja ingħaqdu wkoll Matthew Abela u Sam Cassar, żewġ plejers li bħalissa qed jitħarrġu fiċ-ċentru tal-eċċelenza ewropeja fid-Danimarka.

Fl-aħħar tal-kamp tat-taħrig, il-President tal-Assoċjazzjoni Owen Grech u s-Segretarju Ġenerali Joanne Cassar preżentaw tifkira lill-kowċ li mexxa s-sessjonijiet, Lukas Kroc.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com