Taw Ittra Lill-Bdot Biex Isuq Lejn Ruma- 4 Snin Mill-Hijack F’Malta

 Taw Ittra Lill-Bdot Biex Isuq Lejn Ruma- 4 Snin Mill-Hijack F’Malta

Bħal-lum 4 snin; 23 ta’ Diċembru 2016 kien sar hijack f’pajjiżna meta nħataf ajruplan Libjan tal-Afriqiyah Airways.

Dan sar minn Moussa u Ali Ahmed Saleh fejn l-ewwel wieħed, ammetta fit-2 ta’ Diċembru li għadda quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera.

Huwa weħel 25 sena ħabs. Il-hijack fuq l-ajruplan beda 20 minuta wara li bdiet it-titjira li telqet minn Sabha għal Tripli.

Wieħed mill-hijackers ried ikellem lill-bdot permezz ta’ ittra li kienet tgħid lill-bdot biex isuq lejn Ruma fejn bdew jheddu li jisplodu l-ajruplan jekk dan ma jsirx.

L-ajruplan niżel Malta minħabba li kellu bżonn il-fjuwil biex ikompli triqtu lejn Ruma.

Il-forzi tal-ordni Maltin kienu ħadu kontroll tas-sitwazzjoni ftit sigħat wara.

L-armi li ntużaw kienu foloz u ħadd ma kien weġġa’.

L-ispettur li kien mexxa din il-prosekuzzjoni kien Omar Zammit mill-iskwadra ta’ Kontra t-Terroriżmu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com