Jinħeles Mill-Arrest Wara Li Nqabad B’60 Pakkett Żgħir Bid-Droga

 Jinħeles Mill-Arrest Wara Li Nqabad B’60 Pakkett Żgħir Bid-Droga

Rosmar Bugeja ta’ 24 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li nqabad bi qratas suspettati kokaina, kannabis u flus kontanti.

Ix-Xlukkajr li jaħdem sajjied ma’ missieru nqabad mill-Pulizija jumejn ilu wara li kienu innutaw karozza suspettuża fi Triq it-Trunċiera, Marsaxlokk. Minkejja li fuqu ma nstab xejn, minn tfittxija li saret fil-karozza nstabu madwar 60 pakkett żgħir bid-droga kokaina, 2 pakketti żgħar bid-droga kannabis, lesti biex jinbiegħu u €720 fi flus kontanti.

Huwa kien akkużat li biegħ il-kannabis u kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti tagħtu l-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li jiffirma l-għassa tliet darbiet fil-ġimgħa, ma jsifirx, ma jkellimx ix-xhieda, ma jikkomettix reat kriminali ieħor u ma joħroġx mit-8.00 p.m sas-6.00 a.m.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com