“Kellu Kollox U Tgħallaq!… Tiġġudikawx” – Natasha Turner

 “Kellu Kollox U Tgħallaq!… Tiġġudikawx” – Natasha Turner

F’post fuq Facebook, Natasha Turner iddiskutiet is-suġġett tat-timbru bil-fomm li spiss nagħtu u ngħaddu fuq xulxin. Ħadet eżempju ta’ meta xi ħadd iqabbel lilu nnifsu u s-sitwazzjoni tiegħu ma’ ta’ ħaddieħor, mentri dan qatt m’għandu jkun.

“Jien ilni nissielet il-kanċer żmien u dak kellu kollox u tgħallaq!” spjegat bi frażi li ġieli nisimgħu. Kompliet tifhem li kulħadd għandu l-isfida tiegħu imma fakkret li qatt ma tkun taf minn xhiex għaddej il-bniedem u għalhekk, m’għandniex niġġudikaw.

Ħeġġet biex ngħinu u nagħtu l-appoġġ tagħna kif ukoll li nifhmu sew lil min inkunu qed inkellmu… “għax forsi veru li qed tarah jitbissem, jidħak, imma ma tafx x’veru qed iżomm ġewwa fih!”


Ritratt: Facebook/ Natasha Turner

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com