Kemm Se Jinġabru Flus Fil-Maratoni Din Is-Sena?
Hekk kif ninsabu fl-aħħar xahar tas-sena 2020, f’dan iż-żmien marbut mal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-sena, ilkoll nistennew maratoni ta’ ġbir ta’ fondi li jkollhom kawżi partikolari. L-ewwel u qabel xejn ilkoll nistennew bi ħġarna l-ISTRINA li hija festa kbira ta’ solidarjetà b’kawża ġusta b’risq min hu fil-bżonn li minna joħroġ tant ġid.
Din issir l-għada tal-Milied b’maratona li fiha jinġabru eluf ta’ flus. Is-sena l-oħra nġabru ‘l fuq minn €6.2 miljun.
Ritratt: Times of Malta
Il-Partit Nazzjonalista f’Diċembru tal-2019 ġabar €525,078. Illum, il-PN għandu l-maratona tiegħu għaddejja bħalissa.
Il-Partit Laburista fl-istess xahar li qed insemmu tas-sena l-oħra, ġabar €516,896. Il-PL se jkun qed jagħmel il-maratona ġbir ta’ fondi nhar il-Ħadd li ġej 13 ta’ Diċembru f’Jum ir-Repubblika.
Ikun hemm ukoll il-festa ta’ ġenerożità fl-1 ta’ Jannar b’riżq id-Dar tal-Providenza li s-sena l-oħra ġabret €1,300,065.
Din is-sena hija sena partikolari minħabba s-sitwazzjoni li ġabet magħha l-pandemija tal-Covid-19.
Kemm se jiġbru l-partiti? Se jżommu l-istess totali? Se jnaqqsu? Se jżidu?
Bla dubju biex inwieġbu dawn, irridu nistennew il-maratoni jitlestew…