“Kien Żball Li Nħallu Tfal Ta’ Dik L-Età Jikkompetu Fuq Pjattaforma Tant Kbira” – Prof Andrew Azzopardi
Id-dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà Prof Andrew Azzopardi b’opinjoni b’saħħitha dwar il-parteċipazzjoni tat-tfal żgħar f’kompetizzjonijiet kbar bħal ‘Malta’s Got Talent’.
Prof Azzopardi jisħaq li l-età tal-parteċipazzjoni għandha tkun ħafna għola minn dik li hi sabiex nevitaw ir-riskju ta’ ħsara psikoloġika fuq dawn it-tfal. Huwa staqsa dwar jekk sarx “assessment psikoloġiku qabel, waqt u wara” l-kompetizzjoni sabiex jiġi assigurat li ma ssirx ħsara.
“Rajna għal darba tnejn tfal ta’ età żgħira ħafna taffettwahom mhux ftit il-pressjoni li ġġib magħha kompetizzjoni bħal din”, qal Andrew Azzopardi filwaqt li saħaq li bil-parteċipazzjoni ta’ dawn it-tfal inkunu qed “nirriskjaw li nagħmlulhom il-ħsara”.
Prof Azzopardi kiteb dan il-messaġġ ilbieraħ b’reazzjoni għal dak li ġara f’Malta Got Talent ta’ nhar il-Ħadd li għadda, fejn tifel ta’ 5 snin nesa l-kliem tal-makjetta li kien qiegħed ikanta flimkien ma’ missieru.