L-Infermieri Li Se “Jixegħlu” L-Qlub Tal-Familji F’Rainbow Ward
Ninsabu ftit ġimgħat biss ’il bogħod mill-festa tal-Milied li matulha nfakkru t-twelid ta’ Ġesu’ Bambin. Għal ħafna dan iż-żmien iġib miegħu ħafna ferħ, iżda għal oħrajn jaf ifisser ukoll żmien ta’ tbatija u niket. B’mod partikolari għal dawk il-familji li jkollhom uliedhom rikoverati fl-isptar.
Madankollu din it-togħma morra tittaffa xi ftit bil-ħidma qalbiena li jwettqu l-infermiera tagħna fl-isptarijiet li jagħtu dak kollu li jistgħu mhux biss biex ifejqu lil pazjenti, iżda biex f’dawn iż-żminijiet joħolqu atmosfera sabiħa f’ambjent li sfortunatament jara ħafna mard.
Fl-aħħar sigħat, l-istaff ta’ Rainbow ward kien għaddej b’ħidma biex iżejnu u jdawlu din is-sala li tilqa’ fiha bosta tfal. Dawk li fi kliemhom se jixgħel il-ħajja u l-qlub tal-familji matul il-Milied.