L-Uffiċċju tal-President ħabbar li minħabba ċ-ċirkustanzi attwali marbuta mal-pandemija tal-COVID-19 u l-impatt tagħha fuq is-sitwazzjoni lokali, l-iskambju tradizzjonali tal-awguri tal-Ewwel tas-Sena mal-President ta’ Malta din is-sena mhux ser isir.