Lewis Hamilton Jinstab Pożittiv Għall-Covid-19; Ser Jitlef It-Tellieqa Li Jmiss

Iċ-Champion tal-Formula 1 Lewis Hamilton instab pożittiv għall-Covid-19 wara test ta’ rutina li sarlu u għaldaqstant issa ser jitlef it-tellieqa li jmiss fi tmiem il-ġimgħa f’Sakhir.
It-Tim tal-Mercedes li miegħu isuq Hamilton għadu jrid iħabbar min se jkun qed jieħu post Hamilton f’din it-tellieqa.
Din ser tkun l-ewwel darba f’14-il staġun li Hamitlon ser jitlef tellieqa wara rekord ta’ 265 tellieqa konsekuttiva.