Liema Anniversarju Iċċelebra Fr. Hilary?

 Liema Anniversarju Iċċelebra Fr. Hilary?

Fit-8 ta’ Diċembru, il-Millenium Chapel ta’ Paceville għalqet 20 sena miftuħa. Filgħaxija saret quddies ta’ ringrazzjament lil Alla fejn sar talb għal dawk il-persuni li mietu f’ċirkostanzi traġiċi.

Il-post huwa magħruf bħala Oasi ta’ Paċi għaliex mhux biss huwa post li jserraħ ir-ruħ iżda wkoll il-ġisem. Jidher li 3 tfajliet għarfu l-vokazzjoni tagħhom meta kienu jiffrekwentaw din il-kappella u komplew sakemm saru Sorijiet Klarissi.

Apparti hekk, Fr. Hilary Tagliaferro kien dejjem midħla tal-isports u dejjem ra kif għamel biex jippromovi l-eżerċizzju sportiv fost iż-żgħażagħ.

Dan huwa post fejn fih isiru wkoll laqgħat diversi u fejn bosta persuni jsibu l-mistrieħ mit-turmenti tal-ħajja. Hija mmexxija mill-Patrijiet Agostinjani.

U propju għalhekk rajna lil Fr. Hilary jaqsam il-kejk tal-20 sena anniversarju. Bix-xieraq!

Awguri u grazzi ta’ kemm ġid twettqu mingħajr daqq ta’ trombi.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com