Lydia Abela Tikkundanna D-Diskors Ta’ Anton Cutajar Kontra Alison Bezzina

 Lydia Abela Tikkundanna D-Diskors Ta’ Anton Cutajar Kontra Alison Bezzina

Il-mara tal-Prim Ministru Lydia Abela kkundannat id-diskors li għamel Anton Cutaar, sid ta’ żu f’pajjiżna kontra l-Kummissarju l-ġdid għall-Ħarsien tal-Annimali Alison Bezzina.

Abela qalet dan fi tmiem konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-Università ta’ Malta li matulha għaddiet €20,000 biex issir riċerka fil-qasam tal-vjolenza domestika.

Hija kellha kliem pożittiv dwar il-ħatra ta’ Alison Bezzina, ħatra li saret mill-Prim Ministru u l-Ministru għad-Drittijiet tal-Annimali.

“Naf li Alison se tkun qed tagħmel xogħol tajjeb. Il-ħatra tagħha hija waħda pożittiva ħafna. Hija persuna li tħobb l-annimali u ilha taħdem is-snin biex tħares l-interessi tal-annimali,” qalet Dr Abela.

It-Tlieta li għadda, Cutajar tella’ filmat fuq Facebook li fih stqarr li se jkun qed jaħdem biex Bezzina ma tibqax aktar fil-kariga ta’ kummissarju jekk tagħmel xi passi kontra ż-żu tiegħu.

Il-Pulizija kkonfermat li qed tinvestiga l-filmat li ttella’ mis-Sur Cutajar fejn aktar tard neħħa dan l-istess filmat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com