Titħassar Logħba Futbol Wara Li Rreferew Għall-Assistent Kowċ Bħala ‘Negro’

 Titħassar Logħba Futbol Wara Li Rreferew Għall-Assistent Kowċ Bħala ‘Negro’

Il-UEFA ikkonfermat li l-logħba ser titkompla illum fis-17:55, u nfetħet investigazzjoni dwar dak li seħħ f’din il-logħba.

Il-logħba tal-UEFA Champions League bejn Paris Saint Germain u Istanbul Basaksehir ġiet sospiża hekk kif iż-żewġ timijiet iddeċidew li jidħlu lura fid-dressing room wara li r-raba’ uffiċjal tal-logħba nstema’ jirreferi għall-Assistent Kowċ t’Istanbul Basaksehir bħala ‘Negro’.

Il-logħba ġiet sospiża fl-14-il minuta meta l-iskor kien 0-0.

Ir-Referee Rumen Ovidiu Hategan ma kellux triq oħra ħlief li jissospendi l-logħba wara li l-plejers u l-uffiċjali riedu joħorġu ‘l barra mill-grawnd. Ir-raba’ uffiċjal li nstema’ jindirizza lil player ‘Negro’ huwa Sebastian Colţescu.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com