Mara Akkużata Bil-Qtil Ta’ Tifel Ta’ 4 Snin
Mara ġiet akkużata bil-qtil wara li tifel ta’ erba’ snin instab mejjet f’appartament fix-Xlokk ta’ Londra. Il-mara u t-tifel huma relatati.
Bil-każ ġew infurmati wkoll il-qraba li r-reazzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa minħabba n-natura tal-każ.
Uffiċjali tal-Pulizija Metropolitana ssejħu fi proprjetà f’Invermore Place, Plumstead, ftit qabel it-8am tal-Ħadd li għadda. It-tifel instab ‘bla ħajja’ u ġie ddikjarat mejjet fuq il-post wara attentati li għamlu s-servizzi tal-emerġenza biex jippruvaw jaraw għadux ħaj.
Il-mara ġiet arrestata fuq il-post u ttieħdet fil-kustodja tal-pulizija qabel ma ġiet akkużata aktar tard matul il-ġurnata.