Mara Għamja Maltija Tpitter Sensiela Ta’ Pitturi U Ttella’ Wirja

 Mara Għamja Maltija Tpitter Sensiela Ta’ Pitturi U Ttella’ Wirja

Fil-jum internazzjonali ddedikat għall-persuni b’diżabilità, il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun inawgura wirja ta’ arti ta’ Maria Elich.

Elich hija l-ewwel mara għamja Malija li bdiet tpitter u li issa wasslet biex għamlet wirja.

L-arti ta’ Maria Elich, li hija kollha oriġinali, qed tiġi esibita fis-sala tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun u se tkun miftuħa sas-Sibt 12 ta’ Diċembru 2020, waqt il-ħinijiet tal-ftuħ tal-uffiċju tal-Kunsill.

Din il-wirja hija ddedikata propju għall-poplu Ħamruniż, hekk kif l-arti ta’ Elich tisboqq lis-skala tal-kuluri popolari Ħamruniżi; l-iswed u l-aħmar. L-ispirazzjoni wara din l-arti hi li ħadd m’għandu jaqta’ qalbu.

Flimkien ma’ ‘visualnonvisualnetwork.org‘, il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun se jkun qed jaħdem favur l-inklużjoni soċjali ta’ persuni nieqsa mid-dawl.

Inħeġġukom sabiex iżuru din il-wirja!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com