Mara Tweġġa’ Gravi Wara Li Marret Lura Bil-Karozza F’Għawdex

Mara ta’ 60 sena li toqgħod iż-Żebbuġ, indarbet gravii wara li kienet involuta f’inċident mhux tas-soltu tard iilbieraħ filgħaxija fiż-Żebbuġ Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.00 p.m. fi Triq tal-Plejju meta l-vittma kellha kienet dieħla bil-karozza tagħha fi drive-in ta’ garaxxijiet, meta f’ħin bla waqt marret lura u ħabtet ma’ żewġ karozzi pparkjati.
Hi ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdet b’ambulanza l-isptar. Hija ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.