Niżlilha Z-Zokkor, Ħassha Ħażin… Pulizija Jintervjeni

 Niżlilha Z-Zokkor, Ħassha Ħażin… Pulizija Jintervjeni

Fuq il-paġna The Malta Police Force ittella’ ritratt ta’ messaġġ li ntbagħat lill-Kummissarju tal-Pulizija mingħand persuna li rringrazzjat lill-pulizija PC 916 tal-assistenza li ta lill-membru tal-familja tagħha.

Jidher li l-persuna niżlilha z-zokkor u ħassha ħażin u l-pulizija li kien għadu sejjer jibda l-jum tiegħu fl-għassa taż-Żejtun, baqa’ jassistieha sa ma kien kollox sew.

“Bl-għajnuna tiegħu, din il-persuna tinsab qawwija u sħiħa…” temm jgħid il-messaġġ. Prosit tassew lill-PC 916 S. Veneziani mid-Distrett taż-Żejtun.

Ritratt: TVM

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com