Petizzjoni Biex Jitneħħa Rigg Li Ilu Jkerraħ Il-Port Il-Kbir 4 Snin
Fil-15 t’ Awwissu tal-2016, ir-rigg ‘Atwood Beacon’ daħal fit-tarzna u baqa’ pparkjat hemm, bil-konsegwenza li l-veduta storika tal-Kottonera u tal-Port il-Kbir ilha mkerrħa għal 4 snin sħaħ.
Qed issir petizzjoni onlajn biex dan ir-rigg jitneħħa u li minn issa ‘l quddiem, ikun hemm limitu għal strutturi simili li ma jsebbħux il-madwar iżda jagħmlu l-kontra.
L-istess petizzjoni qed titlob ukoll li tkun installata infrastruttura ta’ ‘shore to ship’ fit-tarzna biex bastimenti jkunu jistgħu jipplaggjaw mal-grid tal-elettriku fuq l-art u jkun qed jitnaqqas it-tniġġis mill-emissjonijiet li jitfgħu sakemm ikunu fil-Port ta’ pajjiżna.
Din il-petizzjoni hija indirizzata lill-Palumbo Group, lill-Prim Ministru u Ministri oħra. Inti x’taħseb dwar dan?
Tista’ tiffirma l-petizzjoni hawn: https://www.change.org/p/prim-ministru-robert-abela-4-snin-ta-kruha-u-50-jum-ta-tni%C4%A1%C4%A1is?recruiter=false&utm_source=share_petition&utm_medium=facebook&utm_campaign=psf_combo_share_initial&utm_term=share_petition&recruited_by_id=432a5c30-3d36-11eb-a544-897e044fc797&utm_content=fht-26304520-en-us%3A6