Politiċi B’Messaġġ Dwar Is-Saħħa Mentali Fost L-Irġiel – “Fittxu L-Għajnuna”

 Politiċi B’Messaġġ Dwar Is-Saħħa Mentali Fost L-Irġiel – “Fittxu L-Għajnuna”

Diversi politiċi ingħaqdu f’messaġġ wieħed fl-okkażjoni tal-kampanja “Movember”, din id-darba b’messaġġ b’saħħtu dwar is-saħħa mentali fost l-irġiel.

F’dan il-filmat imxandar mill-Ministru Owen Bonnici fuq il-paġna tiegħu ta’ facebook, il-messaġġ ewlieni hu biex l-irġiel, ma jistħux jitolbu l-għajnuna u jekk iħossu l-bżonn għandhom jaġixxu u jfittxu l-għajnuna.

https://www.facebook.com/BonniciOwen/videos/692742464766526

Il-Ministru Bonnici sostna li “jeżistu ħafna sterjotipi, u sterjotip tipiku ta’ raġel hu li wieħed irid ikun b’saħħtu, fil-kontroll, dominanti u dak li jġib il-ħobża ta’ kuljum”, għalhekk sostna li l-appell huwa ċar, meta raġel ikollu bżonn l-għajnuna, għandu jkun raġel miegħu nnifsu u mal-għeżież tiegħu u jitlob l-għajnuna.

Ningħaqdu ma’ dan l-appell ta’ dawn il-politiċi.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com