“Uffiċċju Ġdid B’ Għajnuna Legali Biex Jgħin Lil Min Hu Fil-Bżonn…” – Edward Zammit Lewis

 “Uffiċċju Ġdid B’ Għajnuna Legali Biex Jgħin Lil Min Hu Fil-Bżonn…” – Edward Zammit Lewis

Ilbieraħ il-Ministru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza Edward Zammit Lewis inawgura l-uffiċċju l-ġdid tal-Għajnuna Legali fil-preżenza ta’ mart il-Prim Ministru Dr. Lydia Abela, is-Segretarju Parlamentari Għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar u l-Kummissarju kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u vjolenza domestika Audrey Friggieri.

“B’dan l-investiment tal-fuq minn €1,400,000 ser insaħħu l-qasam tal-għajnuna legali, ser nattrezzawh b’aktar għodda importanti biex b’hekk ngħinu lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn”, kiteb il-Ministru Edward Zammit Lewis.

Saħaq ukoll li dan is-settur ser ikompli jissaħħaħ biex b’hekk, ikun aċċetat il-ħarsien denju ta’ kull ċittadin.

Ritratt: Facebook/ Edward Zammit Lewis

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com