Raġel Fuq Is-Siġġu Tar-Roti Rrapportat Nieqes

 Raġel Fuq Is-Siġġu Tar-Roti Rrapportat Nieqes

Marcel Pisani, raġel ta’ 50 sena ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija. Pisani juża siġġu tar-roti u deher l-aħħar fir-residenza tiegħu ġewwa l-Mosta.

Hu jagħmel użu minn vettura Ranault Captur ta’ lewn blu ċar b’saqaf cream.

Il-Pulizija qed tappella lill-pubbliku biex kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com