Remote Ġdid Tal-GoPro

 Remote Ġdid Tal-GoPro

GoPro ħarġu remote wireless ġdid flimkien ma’ aġġornamenti tal-firmware li jġibu karatteristiċi ġodda u titjib fil-prestazzjoni għall-kameras Hero 9 Black, Hero 8 Black u Max.

Sempliċement imsejjaħ The Remote, l-apparat ta’ daqs żgħir li ma jgħaddix ilma minnu sa 16-il pied, jista’ jikkontrolla karatteristiċi tal-kamera bħall-enerġija, il-modi u r-reġistrazzjoni sa ħames kameras fuq medda ta’ madwar 200 pied.

Jista’ jkun imwaħħal mal-polz tiegħek jew affarijiet oħra bħal-pumi u r-roti ta’ l-isteering, u jħallik topera mill-bogħod l-Hero 9 Black ta GoPro, Hero 8 Black jew Max, sakemm tkun sa 200 pied bogħod.

Ir-Remote il-ġdid jieħu post l-iSmart Remote, li xorta jista’ jinstab fuq il-websajt ta’ GoPro għal kameras aktar antiki li jmorru lura għall-Hero 5.

Ritratt: Google 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com