“Mhux Nipprova Nimpressjona Jew Niġbed Simpatija Żejda…” – Hector Bruno Jiftaħ Qalbu

 “Mhux Nipprova Nimpressjona Jew Niġbed Simpatija Żejda…” – Hector Bruno Jiftaħ Qalbu

L-Attur u komiku Hector Bruno tella’ ritratt fuq facebook fejn esprima dak li għaddej minnu. Tenna li ma tellgħux biex jimpressjona jew jiġbed simpatija żejda fejn fil-fatt kien iddeċieda li r-ritratt ma jtellgħux.

“Imma qed insib li dan hu mod kif nipprova nistabar”, kompla jgħid Bruno. Ir-ritratt juri kif kien ftit tal-ġimgħat ilu wara intervent kirurġiku maġġuri ftit ġimgħat biss wara li tilef lill-għażiża ommu.

Stqarr kif ir-ritratt jixhed kif kien sa bħal-lum ġimgħa meta miet ukoll ħuħ George, fejn kien u għadu qed jipprova jirkupra.

Nagħtuk kuraġġ Hector. Forsi hija l-kelma li ma tgħinx biżżejjed imma ħsiebna miegħek u nixtiequ nuruk li nħobbuk.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com