Repubblika Jiddefendu lil Camilleri Li Baghat Mara Tiehdu F’Sormha
Wara l-istorja żvelata minn Strada Rjali tal-messaġġ li Mark Camilleri, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bagħat lill-Avukat ta’ Yorgen Fenech, il-persuna akkużat bħala l-moħħ wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, u wara t-talba għar-riżenja mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, issa l-għaqda Repubblika ħarġet tiddefendi lil Mark Camilleri u qalet li Mark Camilleri m’għandux jirriżenja.
Repubblika qalet li t-talba għat-tkeċċija ta’ Mark Camilleri minn Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb saret minħabba li Mark Camilleri esprima l-fehma li l-inkjesta indipendenti dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia hi xi ħaġa tajba u meħtieġa.
Repubblika fi stqarrija qalet ukoll li fi żmien 24 siegħa minn meta esprima din il-fehma il-gvern keċċieħ. Dan bl-iskuża li Mark Camilleri uża kliem kulurit meta esprima rabja għall-indħil u l-bullying minn Yorgen Fenech u li issa qed iqabbad ‘l-avukati tiegħu biex jippruvaw ixaħħmu jew jintimidaw lil kull min jgħid li għandha ssir ġustizzja fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia.
Repubblika qalet li r-raġuni għat-tkeċċija ta’ Mark Camilleri hi assolutament inaċċettabbli għal diversi raġunijiet u temmet l-istqarrija billi qalet li “l-ħakma mafjuża hi soda tassew”.