Se Jiġi ffaċilitat Il-Proċess Għar-Reġistrazzjoni Tad-Dħul Fil-Kindergarten

 Se Jiġi ffaċilitat Il-Proċess Għar-Reġistrazzjoni Tad-Dħul Fil-Kindergarten

“Bħala ministeru dejjem infittxu li ngħinu u nagħmlu l-ħajja tal-ġenituri tal-istudenti tagħna aktar faċli, għalhekk ħsibna li anke lil dawk il-ġenituri li jridu jirreġistraw lit-tfal tagħhom għall-kindergarten ngħinuhom, kemm minħabba dan iż-żmien ta’ restrizzjonijiet tal-COVID imma wkoll billi ninsabu fil-jiem tal-festi”, qalet il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana waqt żjara fl-Iskola Primarja Laura Vicuna, fl-Għasri, Għawdex.

Il-Ministru Caruana kienet qed iżżur skola primarja oħra bi tkomplija tas-sensiela ta’ żjarat li qed tagħmel fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet kollha tal-pajjiż biex tiltaqa’ mill-qrib mal-edukaturi, mal-LSEs u mal-istudenti.

F’din iż-żjara l-Ministru Caruana fakkret li t-tfal li jagħlqu 3 snin sa April 2021 għandhom jiġu rreġistrati biex jibdew il-kindergarten 1 fi Frar li ġej, sat-Tnejn 4 ta’ Jannar 2021. Qalet li biex ikunu megħjuna l-ġenituri, u jkun iffaċilitat il-proċess, il-ġenituri se jkunu jistgħu jirreġistraw lit-tfal onlajn u fil-jiem li ġejjin se jitħabbru aktar dettalji dwar dan il-proċess.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com