Partiti Mistennija Għal Tmiem Il-Ġimgħa

 Partiti Mistennija Għal Tmiem Il-Ġimgħa

Illum tibda tintlagħab it-13 -il ġurnata tal-Kampjonat Premier b’żewġ logħbiet fic-Centenary Stadium fejn fl-ewwel partita fil-17.00 Lija Athletic jilgħabu kontra l-qawwa ta’ Valletta FC.  Valletta għadhom ġejjin minn rebħa kontra Żejtun Corinthians u bla dubju llum ser jagħmlu minn kollox biex jerġaw jagħmlu lis-stess kontra t-tim modest ta’ Lija.  L-istess ser jippruvaw jagħmlu l-leaders tal-Kampjonat Sliema Wanderers li fil-21.15 ser ikunu qed jilagħbu kontra Tarxien Rainbows. Rebħa għal Sliema taċċertahom li jibqgħu fil-quċċata sat-tmiem is-sena.

L-attenzjoni prinċipali ser tkun fuq il-partiti ta’ għada fejn Hamrun Spartans jilgħabu kontra Floriana FC fil-14.00 fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali filwaqt li fl-stess ħin Birkirkara FC jilagħbu kontra Gżira United fil-Hibernians Stadium. Fl-aħħar partita Ħamrun għelbu lil Floriana u għalhekk it-tim tal-imprenditur Joseph Portelli ser jagħmel minn kollox biex jakkwistaw l-massimu tal-punti sabiex nhar il-Erbgħa kontra Tarxien Rainbows jaċċerta li jtemmu s-sena bit-tajjeb ukoll b’massimu ta’ sitt punti minn żewġ konfronti.  Min-naħa l-oħra Floriana tilfu fl-aħħar ħarġa tagħhom fil-Kampjonat u anke huma ser jagħmlu minn kollox biex jirritornaw għar-rebħ.

Fil-partita l-oħra dwell interessanti bejn il-maroons u l-stripes. Birkirkara ġejjin minn ħames riżultati pożittivi u għalhekk wieħed jistenna li joffru sfida denja kontra l-qawwa tal-sfidanti għar-rebħ tal-Kampjonat Gżira.  It-tim immexxi minn Darren Abdilla rebħu l-aħħar partita kontra Balzan FC wara żewġ żelqiet.

Għada ukoll fil-17.00 fl-Stadium Nazzjonali Mosta FC jilagħbu kontra Żejtun FC, f’konfront ieħor missielet filwaqt li fil-18.15 Senglea Athletic jilagħbu kontra Sirens FC fil-Hibernians Stadium fejn ser jkollna d-debut tal-kowċ Taljan ta’ Sirens Giovanni Tedesco.

It-tlettax il-ġurnata mill-Kampjonat Premier tiġi fit-tmiema l-Ħadd fejn fil-14.00 Hibernians FC jilgħabu kontra Balzan FC u fil-17.00 St. Lucia FC kontra Gudja United. Iż-żewġ logħbiet ser jintlagħbu fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Kemm Hibernians u anke Balzan għadhom ġejjin minn telfa u indubjament iż-żewġ timijiet ser jagħmlu minn kollox biex jirritornaw għar-rebħ u jispiċċaw is-sena 2020 fuq nota pożittiva.  Anke t-tim rivelazzjoni f’dan l-istaġun Gudja United tilfu fl-aħħar ħarġa tagħhom u għalhekk rebħa biss tissodisfa l-kriterji tat-tim fit-tentattiv li jżommu l-pass ma’ ta’ fuq. Madankollu huma ser jilagħbu kontra tim organizzat ħafna li għadu gej minn żewġ rebħiet konsekuttivi.

Ritratt: MFA

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com