SiGMA: Suċċess Xorta Waħda Minkejja L-Pandemija

 SiGMA: Suċċess Xorta Waħda Minkejja L-Pandemija

Il-festival tal-gaming organizzat bl-isem ta’ SiGMA, li jkun organizzat ta’ kull sena f’Malta u pajjiżi oħrajn, kien ta’ suċċess xorta waħda, minkejja l-pandemija tal-Covid-19.

Għalkemm l-konferenza u l-attivitajiet saru b’mod virtwali, xorta waħda kien hemm il-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 100 esebitur, filwaqt li inkiser ir-rekord ta’ attendenza.

Fid-dawl ta’ dak li seħħ din is-sena, SiGMA kienet se twaqqaf din l-attività, li fiha jiltaqgħu eluf ta’ persuni sabiex jiddiskutu, jesebixxu xogħolhom u jibnu netwerks professjonali ma’ oħrajn fis-settur tagħhom. Iżda bl-ambizzjoni u l-improvizzazzjoni tat-tim, SiGMA adattat għas-sitwazzjoni u mexxiet l-attivitajiet kollha onlajn.

Matul is-sena 2020 SiGMA ospitat numru ta’ samits b’mod virtwali, li kollha kienu ta’ suċċess, bl-aħħar waħda tkun SiGMA Europe li kisret ir-rekord b’6500 delegat, 4500 persuni attivi u b’massimu ta’ 1485 persuni li kienu qed isegwu fl-istess ħin. B’hekk SiGMA Europe hija kkunsidrata bħala l-akbar expo virtwali għal din is-sena.

Il-Kap Eżekuttiv u l-Fundatur Eman Pulis qal li l-konferenza kienet “mimlija kontenut, mimlija kelliema tajbin ħafna, esebituri mill-aqwa, u netwerking qawwi ħafna”.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com