SterjoTipi Live Fil-Belt Valletta

Il-band ‘SterjoTipi’ se tkun qed tagħti xow LIVE nhar it-Tlieta li ġej, it-22 ta’ Diċembru, fl-4.30PM.
Dan l-ispettaklu se jkun qed jittella’ quddiem il-Qorti, fil-Belt Valletta.
Wieħed jista’ jikseb biljetti bla ħlas minn [email protected].
Valletta Cultural Agency, li qed torganizza din l-attività, tavża li l-miżuri kontra l-Covid-19 japplikaw.