Talbu Lira Inkella Kien Jakkużah B’Delitt…

Sqalli daħal fuq in-Nutar Schembri Zarb fi triq Zakkarija l-Belt Valletta. Dan ġara fl-1897, meta l-Isqalli talbu lira għax inkella kien jakkużah b’delitt.
In-Nutar Schembri Zarb qallu li ma kellux fluq fuqu, iżda qallu biex jgħaddi wara nofsinhar biex jagħtieh dak li ried.
Meta l-Isqalli reġa’ mar lura, mhux biss sab il-Lira li ried, imma wkoll lill-pulizija jistennewh. Kien weħel 20 jum ħabs.
Ritratt: Tony The Traveller