Taqta’ Qalbek Mill-Yoga? Ma Tarax Effett? Aqra Dan!
Il-ħajja llum il-ġurnata hija mgħaġġla immens, u qisu iktar ma tkun imħabbat iktar tiġi ammirat. Minħabba dan, moħħna jkun dejjem għaddej minn ħaġa għall-oħra b’rittmu mgħaġġel ħafna.
Meta nkunu drajna ħajjitna kollha hekk u niġu biex inpoġġu bilqiegħda biex nagħmlu l-yoga jew xi meditazzjoni, moħħna ħa jagħmel kif inhu mdorri u jibqa’ għaddej b’veloċità, u din ħafna drabi ġġiegħel lill-persuna jħossu frustrat u jaħseb li l-yoga mhux tajba għalih.
“Wara snin imdorrijin b’moħħna dejjem għaddej, ma tiprettendix li ħa tipprattika darba u l-mod kif dejjem għixt ħajtek ħa jinbidel!”, tenniet Gaby Bartoli.
Spjegatilna kif l-effetti fiżiċi ħa tħosshom mill-ewwel, però l-effetti mentali għandhom bżonn iktar prattika. Temmen li iktar ma persuna tħoss li l-yoga mhux tajjeb għalih/a għax il-moħħ ma jieqafx, iktar għandhom bżonnha!
Biss, trid tkun konsistenti u paċenzjuż miegħek innifsek u jekk tipprattika imqar ftit minuti kuljum jew fil-biċċa l-kbira tal-ġranet, nassigurak li ħa tibda tħoss benefiċċji kbar.
X’taħsbu issa? Titħajru tibdewha?
Gaby Bartoli hija iċċertifikata bħala għalliema tal-yoga tradizzjonali kif ukoll tal-aerial yoga kif ukoll għalliema tal-guidance fl-iskejjel kif ukoll counsellor privat maż-żgħażagħ u adulti żgħar.