Terremot B’Qawwa Ta’ 6.4 Jriegħed Il-Kroazja – Tifla Mejta U Bosta Midruba
Tifla ta’ 12-il sena nqatlet u bosta oħra ndarbu f’terremot b’qawwa ta’ 6.4 fuq l-iskala richter li laqat iċ-ċentru tal-Kroazja.
Il-Prim Ministru Kroat qal li t-tifla ta’ 12-il sena nqatlet f’Petrinja waqt żjara li għamel f’din il-belt.
Bosta rapporti fil-midja lokali qalu li t-terremot qatel bosta persuni oħrajn fl-istess belt iżda għadhom ma ġewx ikkonfermati.
Is-sindku tal-belt ta’ Petrinja qal li nofs il-belt inqerdet għalkollox u ħafna nies qegħdin jinħarġu minn qalb it-terrapien.
It-terremot seta’ jinħass ukoll fil-kapitali Kroata Zagreb kif ukoll fil-Bosnia, fis-Serbja u saħansitra fl-Italja.