Terrimot Qrib Sqallija Ta’ 4.9 Fuq L-Iskala Richter

Ilbieraħ għall-ħabta tad-9.30pm daħlu rapporti li nħasset theżżiża. In-nies li ħassewha ddeskrivewha bħala qawwija ħafna u li damet għal diversi sekondi.
Intqal li t-theżżiża nħasset f’diversi bnadi f’Malta l-aktar fosthom; is-Swatar, Ħal Tarxien, San Ġiljan, il-Belt u l-Kottonera.
Is-sit elettroniku tal-Università ta’ Malta qed jirrapporta li għall-ħabta tad-9.30p.m. tal-bieraħ seħħ terremot qrib Sqallija ta’ 4.9 fuq l-iskala ‘Richter’.