Tifel Ta’ 14-Il Sena Jweġġa’ Gravi F’Ħaż-Żabbar

 Tifel Ta’ 14-Il Sena Jweġġa’ Gravi F’Ħaż-Żabbar

Tifel ta’ 14-il sena li joqgħod Ħaż-Żabbar, indarab gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħaż-Żabbar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-kwarta fi Triq ix-Xagħjra meta għal xi raġuni tifel intlaqat minn vettura Isuzu, misjuqa minn raġel Taljan ta’ 46 sena li jgħix Marsascala.

Hu ttieħed l-isptar permezz t’ambulanza u ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin u qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com