X’Nafu S’Issa Dwar Il-Varjant Tal-Covid-19?

 X’Nafu S’Issa Dwar Il-Varjant Tal-Covid-19?

Fl-aħħar jiem żviluppat l-aħbar dwar il-varjant tal-Covid-19, Iżda s’issa x’nafu dwaru?

  • Dan jidher li feġġ fir-Renju Unit, u wara li r-Renju Unit ħabbar dan, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ħabbret li diversi każijiet oħra nstabu fid-Danimarka, l-Awstralja, l-Olanda u issa anke fl-Italja.
  • Ilbieraħ biss fir-Renju Unit kien hemm aktar minn 1,100 każ ta’ dan il-varjant il-ġdid.
  • Xjentisti jemmnu li dan il-varjant jittieħed aktar malajr minn varjanti oħra.
  • Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson qal li dan il-varjant qed jinxtered malajr u huwa trażmess 70% aktar.
  • Sa issa m’hemmx evidenza li turi li dan il-varjant huwa letali aktar jew b’sintomi aktar qawwija mit-tip ta’ virus li kellna qabel dan il-varjant
  • Sa issa m’hemm l-ebda studju li juri li l-vaċċin jista’ jkun inqas effettiv fuq dan il-varjant
  • Fir-Renju Unit tħabbar lockdown sat-30 ta’ Diċembru.
  • Diversi pajjiżi ħabbru li twaqqfu l-vjaġġi lejn u mir-Renju Unit bħala prekawzjoni. F’Malta tħabbret li min jiġi mir-Renju Unit irid jagħmel kwarantina mandatorja.

Bħalissa għaddejin studji minn diversi laboratorji madwar id-dinja biex jistabbilixxu aktar dettalji dwar dan il-varjant.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com