“Jekk Veru Dak Li Qed Jintqal… Huma Ġustifikati L-Protesti!” – Alfred Sant

 “Jekk Veru Dak Li Qed Jintqal… Huma Ġustifikati L-Protesti!” – Alfred Sant
L-MEP Dr. Alfred Sant wera d-diżapprovazzjoni tiegħu għall-mod ta’ kif qed titħaddem l-istrateġija li jitkabbru t-toroq prinċipali a skapitu tal-art agrikola.
“Jekk veru dak li qed jintqal u Infrastructure Malta tinsab għaddejja bi pjanijiet biex twessa’ u tifrex il-bypass tal-Imrieħel ġol-art agrikola, huma ġustifikati l-protesti.”
Tenna li l-artijiet għammiela f’inħawi bħall-Imrieħel fejn qabel kien hemm il-biedja, illum sar hemm konċentrament ta’ bini residenjzali u kummerċjali.
Semma kif ma jistax ikun li nħallu t-traffiku jiddetta l-użu tal-art li baqgħalna mhux mibnija jekk veru ngħożżu l-identità u l-ambjent ta’ pajjiżna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com