YPB: “Il-Liġijiet Ħorox Kontra l-Abort Wasslu Biex Ipperikolaw Ħajjet Mara.”
Ilbieraħ filgħaxija attivisti YPB (Young Progressive Beings) għamlu protesta spontanja quddiem il-Parlament fil-Belt. Il-protesta indirizzat kif ħabba l-miżuri estremi kontra l-abort waslu fl-estremità li mara kellha tistenna fit-tul biex it-tqala tagħha tiġi tterminata. Din tal-aħħar kellha ssir bilfors ħabba li l-mara kellha ectopic pregnancy, jiġifieri meta l-bajda ffertilizzata tiġi bi żball mpjantata fil-fallopian tubes u mhux fil-ġuf tal-mara. Jekk din titħalla għal tul ta’ żmien fil-ġisem tkun qed tipperikola ħajjet l-omm.
Dan il-każ juri kif l-estremità lejn kif inħarsu lejn l-abort, wasal jagħti priojrità lil fetu fuq dik tal-mara anke meta dan ma jkunx iddestinat jgħix ħabba li t-l-bajda ma ġietx impjantata fil-ġuf.
YPB ilbieraħ qalu kif, “id-deċiżjoni mit-tobba li jitterminaw it-tqala ħadet jumejn biex ittieħdet. F’dawn il-jumejn, ħabba l-gravità tal-kundizzjoni, setgħu kienu fatali għall-mara.”