Żagħżugħ Iweġġa’ Gravi Wara Li Nqaleb Bi Tractor Fl-Għarb

 Żagħżugħ Iweġġa’ Gravi Wara Li Nqaleb Bi Tractor Fl-Għarb

Żagħżugħ ta’ 27 sena mill-Għarb indarab gravi wara li nqabel bi tractor fl-Għarb, Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa neqsin kwart f’Wied il-Mielaħ, meta l-ġuvni nqaleb bit-tractor waqt li kien qed jaħrat l-għalqa.

Hu ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex permezz t’ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com