Żewġ Anzjani Jmutu Pożittivi Bil-COVID-19

 Żewġ Anzjani Jmutu Pożittivi Bil-COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 64 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-20 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjan ta’ 74 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-25 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni b’hekk biss nistgħu nipproteġġu lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjeta tagħna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com