Żewġt Irġiel Jagħmlu Hold-Up F’Ħanut Fil-Mosta

 Żewġt Irġiel Jagħmlu Hold-Up F’Ħanut Fil-Mosta

Il-pulizija qed tinvestiga hold-up li seħħ ilbieraħ filgħaxija fil-Mosta.

Il-pulizija qalet li l-hold-up seħħ għall-ħabta tas-6.30pm f’ħanut fi Triq il-Kostituzzjoni xħin żewġ irġiel daħlu jisirqu mill-ħanut.

Wieħed mill-irġiel qagħad fil-bieb tal-ħanut filwaqt li l-ieħor kien armat b’arma tan-nar u daħal ġewwa u talab il-flus lill-kaxxier, Indjan ta’ 36 sena li jgħix f’Bormla.

L-irġiel ħarbu minn fuq il-post wara li serqu ammont ta’ flus u top-up cards.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com