Il-Pulizija Tal-Protezzjoni Ambjentali (EPU) Mogħtija L-Unur ‘It-Tim Tal-2020’

 Il-Pulizija Tal-Protezzjoni Ambjentali (EPU) Mogħtija L-Unur ‘It-Tim Tal-2020’

Il-Pulizija Tal-Protezzjoni Ambjentali (EPU) li qabel kienu magħrufa bħala l-ALE ilbieraħ filgħaxija kienu onorati bl-unur: It-Tim Tas-Sena 2020 waqt is-serata tal-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena 2020.

Din it-taqsima hija magħrufa l-aktar għall-infurzar fuq il-kaċċa u r-regolamenti tan-nassaba kif ukoll infurzar fuq il-baħar imma wara li f’pajjiżna feġġew l-ewwel każijiet tal-Covid-19, it-taqsima tbiddlet bħala fruntiera difensiva f’pajjiżna.

Lura f’Marzu 2020, it-tim tal-ALE ngħataw taħriġ li sar mid-Direttorat tas-Saħħa fejn bdew jagħmlu spezzjonijiet għand persuni li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Dawn il-pulizija kienu ‘front liners’ waqt il-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna u wettqu mas-7,000 spezzjoni u ħarġu mal-200 taħrika.

Grazzi tal-ħidma kbira li tagħmlu!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com